Episodios

  • Il-Kura Paljattiva fl-Awstralja Multikulturali
    May 28 2025
    Il-Ġimgħa tal-Kura Paljattiva din is-sena kellha t-tema x’inhu l-pjan tiegħek, bil-għan li tinħoloq konverżazzjoni dwar it-tmiem tal-kura fil-ħajja. Parti minn din id-diskussjoni tista’ tinkludi u timplimenta użanzi u tradizzjonijiet xierqa li għadhom x’jaqsmu mal-mewt għall-individwi u l-familji tagħhom.
    Más Menos
    3 m
  • SBS Programm Malti - It-Tlieta 27 ta' Mejju 2025
    May 27 2025
    SBS Programm Malti - It-Tlieta 27 ta' Mejju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. Jinkludi fost affarijiet oħra, l-aħbarijiet mill-Awstralja, servizz ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent, Leonard Callus, aħbarijiet bil-kollaborazzjoni ta' TVM News/SBS World Watch, Doris Meilak titkellem dwar il-ġnien u avviżi komunitarji.
    Más Menos
    53 m
  • Aħbarijiet bil-Malti: 27.05.25
    May 27 2025
    Aħbarijiet bil-Malti: 27.05.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
    Más Menos
    8 m
  • Aħbarijiet minn Malta: 26.05.25
    May 26 2025
    Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus.
    Más Menos
    11 m
  • Il-Ġimgħa ta’ Rikonċiljazzjoni Nazzjonali – ir-rabta bejn il-passat u l-futur
    May 26 2025
    Kull sena b’konnessjoni mal-Ġimgħa ta’ Rikonciljazzjoni Nazzjonali mis-27 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju, in-nies fl-Awstralja jiġu ppreżentati bl-opportunità li jsiru jafu aktar dwar l-istorja, il-kulturi u l-kisbiet komuni tan-nazzjon. Din is-sena, it-tema hija Bridging Now to Next u tappella lin-nazzjon biex jirrifletti fuq il-konnessjoni kontinwa bejn il-passat, il-preżent u l-futur.
    Más Menos
    6 m
  • X’għandek tagħmel wara li tkun affettwat minn għargħar u maltemp bix-xita
    May 25 2025
    L-Awstralja qed tesperjenza maltempati u għargħar aktar ta’ spiss. Dawn qegħdin iħallu komunitajiet sħaħ inaddfu u jirranġaw il-ħsarat li jħallu warajhom. Imma meta l-ilma jbatti, kif terġa’ lura d-dar, minghajr periklu, tnaddaf, u ssib l-għajnuna li jkollok bżonn? Illum se nitkellmu ma' esperti dwar il-passi essenzjali li għandhom jittieħdu wara diżastru ta’ maltemp u xita li jikkaġuna l-għargħar.
    Más Menos
    10 m
  • Who are the Stolen Generations? - Min huma l-Ġenerazzjonijiet Misruqa?
    May 20 2025
    Australia has a dark chapter of history that many are still learning about. Following European settlement, Aboriginal and Torres Strait Islander children were removed from their families and forced into non-Indigenous society. The trauma and abuse they experienced left deep scars, and the pain still echoes through the generations. But communities are creating positive change. Today these people are recognised as survivors of the Stolen Generations. - L-Awstralja għandha kapitlu mudlam ta’ storja li ħafna għadhom qed jitgħallmu dwaru. Wara l-issetiljar tal-Ewropej fl-Awstralja, tfal Aboriġini u Torres Strait Islander tneħħew mill-familji tagħhom u ġew sfurzati jgħixu f’soċjetà mhux Indiġena. It-trawma u l-abbuż li għaddew minnu ħallew marki ta’ feriti fondi, u l-uġigħ għadu jinħass minn ġenerazzjoni għall-oħra. Iżda l-komunitajiet qed joħolqu bidla pożittiva. Illum dawn in-nies huma rikonoxxuti bħala dawk affettwati mill-Ġenerazzjonijiet Misruqa.
    Más Menos
    11 m
  • SBS Programm Malti - It-Tlieta 20 ta' Mejju 2025
    May 20 2025
    SBS Programm Malti - It-Tlieta 20 ta' Mejju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq. Jinkludi fost affarijiet oħra, l-aħbarijiet mill-Awstralja, servizz ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent, Leonard Callus, aħbarijiet bil-kollaborazzjoni ta' TVM News/SBS World Watch, Doris Meilak titkellem dwar il-ġnien u taqsima oħra li tfakkar il-50 sena ta' xandir bil-Malti fuq l-SBS.
    Más Menos
    55 m
adbl_web_global_use_to_activate_T1_webcro805_stickypopup